L-għadd ta’ membri u l-influwenza ġenerali tal-AMSP ČR żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin. Il-biċċa l-kbira tal-membri tagħha joperaw fl- oqsma li ġejjin: telematika tat-trasport, industrija marittima, industrija metallurġika u tal-makkinarju, manifattura tal-plastik u l-gomma, inġinerija elettrika, industrija tat-tessuti, industrija tal-kostruzzjoni, snajja’, servizzi, u oqsma oħra ta’ negozju. Il-membri jinkludu wkoll diversi banek u istituzzjonijiet finanzjarji parzjalment imħaddma u ffinanzjati minn awtoritajiet governattivi (il-Bank ta’ Garanzija u Żvilupp Ċek-Moravjan, il-Bank ta’ Esportazzjoni Ċek, l-EGAP), diversi skejjel sekondarji u universitajiet, assoċjazzjonijiet minuri, unjins, għaqdiet eċċ. Uħud mill-membri tagħna jikklassifikaw fost l-aktar kumpaniji Ċeki ta’ suċċess u rebbieħa ta’ diversi premjijiet (Negozju tal-Familja tas-Sena, Eroj Lokali, Business Shark tar-Repubblika Ċeka, Maniġer tal-Industrija eċċ.). Minbarra l-industriji tradizzjonali rappreżentati minn diversi membri, l-Assoċjazzjoni tappoġġja wkoll industriji ġodda u trendy bħall-bijo, in-nano, l-ajruspazju, il-fotonika, il-bijomediċina eċċ. L-AMSP ČR hija rregolata mill -Kodiċi ta’ Etika Kummerċjali tagħha stess.
Primarjament, l-Assoċjazzjoni tipprovdi lill-membri tagħha b'servizzi ta' informazzjoni ffukati fuq is-segment tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju – aħbarijiet dwar offerti ta' sussidji, prodotti bankarji, edukazzjoni, appoġġ għall-esportazzjoni, riċerka, żvilupp u innovazzjoni, informazzjoni dwar l-UE, statistika, leġiżlazzjoni eċċ. F'kooperazzjoni ma' kumpaniji u msieħba importanti, l-AMSP ČR toffri pakketti ta' prodotti u servizzi bi skont lill-membri tagħha .
L-Assoċjazzjoni torganizza wkoll il-proġetti tagħha stess.