Il-finanzjament kollettiv huwa għodda ta' finanzjament alternattiva fejn jinġabru fondi biex jiffinanzjaw idea ta' proġett minn numru kbir ta' investituri/partitarji, tipikament permezz tal-użu ta' pjattaforma bbażata fuq l-internet.
Din il-gwida nħolqot b'kollaborazzjoni ma' EUROCROWD. Din se tgħinek tifhem l-aspetti differenti li għandek tikkonsidra meta twaqqaf kampanja ta' crowdfunding, l-importanza tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-benefiċċji li tista' ġġib għall-kampanja tiegħek.
Għal min hi din il-Gwida: In-negozji kollha li qed ifittxu opportunitajiet ta’ crowdfunding u jixtiequ joperaw fl-Unjoni Ewropea.
Imla din il-gwida ta' 5 minuti
Ċaħda ta’ responsabbiltà:
Meta twieġeb il-mistoqsijiet kollha, tirċievi rapport. Jekk jogħġbok innota li l-kontenut ta' dan ir-rapport jagħtik informazzjoni ġenerali u m'għandux jitqies bħala parir legali jew xi parir professjonali ieħor. L-EUIPO ma jiggarantixxix il-kompletezza jew l-adegwatezza tar-rapport għas-sitwazzjoni partikolari tiegħek u ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. F'każ li teħtieġ parir legali, għandek tikkunsidra li tfittex assistenza professjonali