L-istħarriġ, mill- Osservatorju Ewropew, għandu l-għan li jitfa’ dawl fuq l-aħħar tendenzi fl-użu ta’ sorsi online legali u illegali fost l-Ewropej ta’ bejn il-15 u l-24 sena, u l-perċezzjonijiet u l-imġieba tagħhom lejn oġġetti foloz.
Ir-riżultati huma ppreżentati llum bħala parti mill-kampanja ta' Kuxjenza Pan-Ewropea għall-Jum Dinji ta' Kontra l-Falsifikazzjoni.
Xiri ta' prodotti foloz
Filwaqt li jirrifletti l-kuntest ta’ wara l-pandemija, l-istħarriġ il-ġdid ikkonferma li 37 % taż-żgħażagħ xtraw prodott falz wieħed jew diversi intenzjonalment fl-aħħar 12-il xahar, żieda sinifikanti meta mqabbla mar-riżultati preċedenti.
Il-prodotti foloz li ż-żgħażagħ jixtru l-aktar intenzjonalment huma ħwejjeġ u aċċessorji (17 %), segwiti minn żraben (14 %) tagħmir elettroniku (13 %), u iġjene, kożmetiċi, kura personali u fwejjaħ (12 %).
Piraterija onlajn
Il-piraterija intenzjonata għadha stabbli, b'21 % tal-konsumaturi żgħażagħ (wieħed minn kull ħamsa) jirrikonoxxu li aċċessaw kontenut piratat apposta fl-aħħar 12-il xahar.
Madankollu, l-aċċess minn sorsi legali qed jikseb art fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar:
- 60 % ddikjaraw li ma użawx, lagħbu, niżżlu jew xandru kontenut minn sorsi illegali fl-aħħar sena, meta mqabbla ma' 50 % fl-2019 u 40 % fl-2016, u b'hekk ikkonfermat it-tendenza.
Aqra r -rapport sħiħ hawn.