Il-Malta Intellectual Property Awards organizzati mill- Malta Intellectual Property Office huma mmirati biex jirrikonoxxu u jippromwovu l-ħolqien tal-Proprjetà Intellettwali f’Malta. Il-premjijiet għandhom erba' kategoriji:
1. Premju għall-Inizjattiva Kreattiva
Il-'Premju għall-Inizjattiva Kreattiva' jippremja individwi jew intrapriżi li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi. Għall-finijiet tal-'Malta Intellectual Property Awards', sottomissjonijiet f'din il-kategorija għandhom ikunu fir-rigward ta' xogħlijiet artistiċi jew awdjoviżivi jew taħlita tagħhom.
2. Premju għall-Inizjattiva Xjentifika
Il-'Premju għall-Inizjattiva Xjentifika' jirrikonoxxi s-sejbiet tar-riċerka bbażati fuq ix-xjenza ġġenerati minn studenti, akkademiċi u professjonisti tax-xjenza. L-inizjattiva tista' tkun prodott ġdid, titjib sinifikanti ta' prodott eżistenti, użu ġdid ta' prodott eżistenti jew proċess ġdid.
3. Premju għall-Inizjattiva Teknoloġika
Il-'Premju għall-Inizjattiva Teknoloġika' jirrikjedi l-iżvilupp ta' titjib ġdid u innovattiv, jew tibdil fil-pass, fir-rigward tas-soluzzjoni ta' problemi ta' sfidi reali kummerċjali jew tas-soċjetà. Ir-riżultat għandu jkun proċess teknoloġiku innovattiv jew soluzzjoni eżistenti li titjieb radikalment għall-applikazzjoni f'sitwazzjoni ġdida.
4. Premju għall-Inizjattiva ta' Innovazzjoni Emerġenti
Dan il-premju huwa maqsum f'żewġ subkategoriji jiġifieri:
a) età minn 16 sa 30 sena u;
b) 31 sena jew aktar.
Ir-rebbieħa tal-ewwel u t-tieni post għall -kategoriji 1, 2 u 3 għandhom jirċievu €8,000 & €4,000 rispettivament f'kull kategorija.
Ir-rebbieħa tal-kategoriji 4a u 4b għandhom jirċievu €4,000 kull wieħed.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu permezz ta’ email fuq ipawards@gov.mt mit -Tnejn 2 ta’ Mejju sal -Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022 .
[Artiklu oriġinali ppubblikat l-ewwel hawn]