EURid huwa l-maniġer tar-reġistru tal-ismijiet tad-dominju tal-ogħla livell .eu, .ею (kitba Ċirillika) u .ευ (kitba Griega) b'ħatra tal-Kummissjoni Ewropea. Mill-2005, l-EURid ġie fdat biex jipprovdi servizzi ta' reġistru fil-lingwi kollha tal-UE.
Il-viżjoni tagħhom hija li jappoġġaw is-Suq Uniku Diġitali Ewropew billi jaħdmu b'mod attiv biex jiżguraw ambjent .eu affidabbli u biex jippermettu l-multilingwiżmu onlajn.
L-EURid u l- EUIPO beħsiebhom jużaw din il-kollaborazzjoni biex jagħtu s-setgħa lin-negozji tal-UE billi jsaħħu l-fehim tal-SMEs tal-UE dwar il-proprjetà intellettwali u jipprevjenu l-abbuż tad-dominju .eu.
Il-kollaborazzjoni tinvolvi wkoll il-qsim ta’ informazzjoni dwar is-servizzi tagħhom mal-utenti, il-parteċipazzjoni f’avvenimenti, u l-promozzjoni ta’ għarfien dwar attivitajiet frawdolenti.